Lokali Qorti

Rabat u hedded lit-tfajla tiegħu… u spiċċa kkundannat sena ħabs

Raġel mill-Isla, tant huwa pussessiv, iffissat u għajjur spiċċa l-ħabs, u dan wara li rabat lit-tfajla tiegħu għal siegħat sħaħ fil-kamra tagħha minħabba li dejjem jaħseb li din kienet se tmurlu ma’ rġiel oħra. 

Renald Hayman ta’ 31sena , ġie kundannat sena ħabs mill-Maġistrat Anthony Vella wara li ammetta li llegalment arresta lit-tfajla tiegħu Maria Vassallo, li heddidha u feriha ħafif. Dan l-inċident li ma kienx ta’ darba seħħ fil-15 ta’ Lulju u qabel.

Il-Maġistrat Vella ħarġu ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ Vassallo lio minkejja li kienet fl-awla tal-Qorti, ma lissnet l-ebda kelma.Il-Qorti ordnat ukoll lil Hayman biex jibda programm ta’ riabilitazzjoni sabiex jaqta’ l-problema tal-alkoħol.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frankie Sammut filwaqt li l-Avukat Lucio Sciriha deher għall-akkużat. Għan-naħa tal-allegata vittma dehru l-avukati Angie Muscat u Franco Debono.