L-ITALJA: Tiziano Renzi, li għandu 63 sena u humissier il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, qed ikun investigat mill-awtoritajiet f’Genova minħabba suspetti ta’ frodi meta ddikjara l-falliment tan-negozju tiegħu, Chil Post.
Min-naħa tiegħu iżda Renzi qed isostni li m’għamel xejn ħażin tant li lanqas kien qabbad avukat. Il-kumpannija, li kienet tqassam fuljetti fid-djar u gazzetti, kienet falliet f’Novembru tal-2013 Tiziano Renzi żied li hu kien biegħ il-kumpannija f’Ottobru tal-2010.
Jidher li kollox hu marbut fuq ċaqliq suspettuż ta’ flus hekk kif il-kumpannija kienet se tiddikjara l-falliment.
Sorsi qalu li l-Prim Ministru nnifsu m’għandu x’jaqsam xejn fl-investigazzjoni li qed isir. Issa l-awtoritajiet investigativi ta’ genova talbu għal estenżjoni ta’ tliet jiem tal-investigazzjoni u mhux qed ikun eskluż li jitressqu aktar nies.