Internazzjonali

Poplu maqful f’daru minħabba l-Ebola

SIERRA LEONE: Għat-tliet ijiem li ġejjin, fi Sierra Leone lbieraħ il-poplu ma jistgħax joħroġ mid-dar. Dan fi sforż li tiġi kontrollata l-marda qattiela tal_Ebola.

dan fl-istess ħin li l-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjara lil din il-marda bħala theddida għall-pa/i u s-sigurta fid-dinja.

Fi Sierra Leone hemm popolazzjoni ta’ sitt miljun persuna u l-unika nies li jistgħu joħorġu minn djarhom huma dawk meqjusa bħala essenżjali bħal professjonisti fil-qasam mediku u membri tal-forzi tas-sigurta.

Madwar 30,000 volutnier se jibdew iduru dar dar biex iqassmu sapun u jagħtu tagħrif dwar x’iridu jagħmlu fil-konfront tal-Ebola. Imma osservaturi qalu li dan se jwassal ukoll, aktarx biex jinkixfu aktar vittmi u nies infettati.

Dan il-pass dratiku kien kritikat ħafna għaliex apparti li diffiċli li jiġi implementat, jista’ jwassal biex nies morda jaħarbu u tmajna aktar il-fiduċja tan-nies fit-tobba u l-awtoritajiet.

It-tħassib dwar l-Ebola madwar id-dinja kull ma jmur qed jiżdied. S’issa l-każi għahom lokaliżat f’erba’ pajjiżi tal- Punent tal-Afrika – Sierra Leone, il-Guinea, il-Liberja u n-Niġerja – l-vittmi laħqu l-2,600 persuna.

Fil-Guinea, fejn fi frar kienet feġġet għall-ewwel darba l-marda,seba’ persuni li ntbagħtu lejn raħal biex jedukaw in-nies dwar l-Ebola nstabu mejta. Dan wara li kienu attakkati min-nies tal-lokal. Fi-pajjiżi effettwati, hemm ħafna li jemmnu li din tal-Ebola hi ħrafa u huma t-tobba stess li qed ifirxuha.

Sadattant Fi New York, il-Kunsill tas-Sigurta tan-NU unanimament approva riżolużzjoni li tiddikjara l-marda tal-Ebolafl-Afrika bħala theddida għall-paċi itnernazjonazżali. Saret ukoll sejħa għal għajnuna internazzjonali immedjata , kien ukoll li jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar.

Ban Ki-moon, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, ħabbar ukoll li kienet se titfassal forza militari speċjali biex tmur fil-pajjiżi milquta biex tgġin tikkontrolla l-amrda. L-Istati Uniti diġa ħabbret li hi kienet se tibgħat mal-3,000 suldat lejn iz-zoni milquta bl-istess skop.

Ban qal li s-sitwazzjoni tal-Ebola kienet emerġenza tas-saħħa bla preċedent u għalhekk kien hemm bżonn miżuri mhux tas-soltu biex tkun kontrollata.