FRANZA: Wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni, l-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy ħabbar li kien se jirritorna lura fix-xena politika Franċiża.
Permezz ta’ stqarrija fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Sarkozy qal li kien se jikkontesta t-tmexxija il-partit tiegħu, l-UMP, li jinsab fl-Oppożiżżjoni – l-ewwel pass biex ikun jista’ jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali fl-2017. L-elezzjoni għat-tmexxija tal-UMP se ssir f’Novembru.
Minn mindu Francois Hollande rebaħ l-elezzjoni fl-2012, Sarkozy żamm bogħod mix-xena politika Franċiża imma kien hemm ħafna spekulazzjoni li seta’ jirritorna għalkemm hu għandu diversi problemi legali li kien u qed ifixkluħ.
Imma Hollande rriżulta li hu l-President Franċiz li l-anqas appoġġ fost il-poplu u Sarkozy dejjem kien jistqarr li jekk iħoss li Franza għandha bżonnu hu kien se jirritorna.
//= $special ?>