Lokali

Tal-linja tqattar!

Fl-aħħar sigħat ħareġ dan ir-ritratt li juri persuna b’umbrella miftuħa f’Karozza tal-Linja tal-kumpanija tal-Gvern ‘Malta Public Transport’ hekk kif jidher li s-sistema tal-arja kkundizzjonata bdiet tqattar fuq in-nies.

Imn’alla li l-persuna kkonċernata bdiet taħsiblu għall-istaġun xitwi, għax jidher li l-umbrella salvat lill-passiġġieri minn tixriba waqt vjaġġ mill-Belt għall-Kottonera fl-4.30 ta’ waranofsinhar.

Jekk għandek xi ritratt interessanti minn fuq xi Karozza tal-Linja, ibgħatulna fuq editor@maltarightnow.com