Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ wara li waqa’ minn forklifter f’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 17-il sena dalgħodu weġġa’ gravi iżda ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu meta kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi, li fih waqa’ minn fuq forklifter li kien fit-triq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq l-Imdina, meta ż-żagħżugħ rikeb max-xufier li kien qed isuq il-lifter. Rapporti mill-post jgħidu li ż-żagħżugħ inqabad taħt il-lifter wara li dan waqa’.

Iż-żagħżugħ inghata l-ewwel għajnuna minn persuni li kienu fit-triq u ttieħed immedjatament iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi.