Lokali

Bolol kommemmorattivi biex ifakkru l-50 sena indipendenza

Biex ifakkar il-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, il-Kulleġġ tal-Eks Deputati tal-PN ħareġ sett ta’ bolol kommemmorattivi biex ifakkru dan l-anniversarju.

Is-sett jinkludi 2 bolol personalizzati – bolla li tfakkar lil Ġorġ Borg Oliver u bolla oħra li turi xbieha tal-irħama tal-Indipendenza li tinsab quddiem il-palazz il-Belt Valletta.

Barra minn hekk il-Kulleġġ tal-Eks Deputati tal-PN ħareġ ukoll twin pack li jinkludi first day cover u kartolina kommemmorattiva li tfakkar il-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.

Dan is-sett għandu jservi ta’ tifkira sabiħa kif spjega Richard Muscat – il-koordinatur tal-Forum tal-Eks Deputati tal-PN

Wieħed jista’ jibbukkja s-sett tal-bolol mid-Dar Ċentrali tal-PN għall-prezz ta’ ewro għal kull bolla, 5 ewro għall-first day cover u 5 ewro għall-kartolina kommemmorattiva.

Kuntrarju għal dak li kien imxandar, dawk kollha li bbukkjaw is-sett filateliku tagħhom jistgħu jiġbruh mid-Dar Ċentrali minn nhar l-Erbgħa. Il-cover se jkun iffirmat mill-Kap tal-PN Simon Busuttil.