Internazzjonali

“Dawk li huma ħatja tal-qtil tal-massa fl-ibħra Maltin għandhom jitressqu l-Qorti” – in-Nazzjonijiet Uniti

In-Nazzjonijiet Uniti qed tinsisti li dawk wara l-għarqa ta’ 500 immigrant fl-ibħra qrib Malta għandhom jitressqu l-qorti.

Il-kaz qed jitqies bħala l-agħar fil-Mediterran u fost il-500 vittma, kien hemm madwar 100 tifel u tifla. Dawn mietu wara li t–traffikanti, li ntqal li huma Palestinjani u Egizzjani, daħlu bil-lanca taghhom fuq dik tal-immigranti. Dan seħħ apposta.

Kienu biss 11 li salvaw f’din it-traġedja.

In-Nazzjonijiet Uniti ħeġġet il-pajjiżi fil-Mediterran beix jaġixxu b’determinazzjoni meta jkun hemm każijiet bħal dawn partikolarment meta ċittadini tagħhom ikunu mdaħħla fihom.