Lokali

Il-Prinċep William f’Malta

Il-Prinċep William wasal f’pajjiżna, fl-okkażjoni tal-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta. Hu wasal għal ħabta tat-3.30pm.

Wara l-wasla tiegħu f’Malta iktar tard wara nofsinhar, il-Prinċep se jkun qed iżur Pjazza San Ġorġ fejn se jkun qed isegwi reċta tal-bidla tal-gwardjani mal-Palazz tal-President.

Se jżur ukoll lil President u l-Prim Ministru ta’ Malta u iktar tard hu mistieden fil-Librerija Nazzjonali fejn se jintwerew id-dokumenti uffiċjali tal-indipendenza ta’ pajjiżna.

Hu se jkun qed isegwi wkoll il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet li se jsiru llejla, b’diskorsi mill-Barrakka ta’ Fuq u spettaklu mużikali u pirotekniku bis-sehem ta’ 15-il kamra tan-nar, inkluż waħda Taljana.