Internazzjonali

L-Istati Uniti kienu tkellmu mal-Iran dwar l-Istat Iżlamiku

Wara ġimgħat jiċhdu, l-Istati Uniti konfermat li kienet tkellmet mal-Iran dwart it-theddida tal-militanti iżlamiċi tal-istat Iżlamiku.

It-Turkija lbieraħ ħabbret li 49 Tork kienu nħelsu f’ħidma sigrieta wara li f’Ġunju kienu nqabbdu mill-militanti Iżlamiċi f’Mosul fl-Iraq. Fi żvilupp ieħor it-Turkija fetħet il-fruntiera mas-Sirja biex eluf ta’ Kurdi li qed jaħarbu mill-qilla tal-militanti Iżlamici jistkennu fit-Turkija.

Sadattant Franza ħarġet filmati tal-ewwel attakki mill-ajru fl-Iraq kontra l-militanti iżlamici. Sadattant fis-Sirja, il-militanti Iżlamici qed joqorbu lejn il-belt ta’ Kobane, tul il-fruntiera Torka. Din hi t-tielet l-akbar belt Kurda fis-Sirja u l-ġellieda Kurdi qed jappellaw għal appoġġ għaliex il-militanti huma armati aħjar minnhom.