Wara li ħafna ġenituri ilhom il-ġimgħat jistennew biex jixtru l-uniformi tat-tfal tagħhom, is-Sibt filgħodu u wara nofsinhar, bosta kellhom jerġgħu joqgħodu jistennew fi queues twal quddiem il-ħanut tal-Yorkie Clothing f’San Ġwann
Fl-aħħar jiem dan l-istazzjon ta vuċi lil bosta ġenituri li lmentaw dwar n-nuqqas ta’ ppjanar tajjeb fil-provvista tal-unformijiet. Ħafna qalulna li ma jistgħux jifhmu kif l-iskola tibda nhar it-Tnejn u xi unformijiet ghadhom ma waslux.
Is-Sibt komplejna nsegwu din l-istorja u morna quddiem il-ħanut tal-Yorkie Clothing f’San Gwann fejn reġa kien hemm kju ta’ nies.
Ġenituri oħra li xtaqu jibqgħu anonomi qalulna li meta ġabru l-qliezet tal-unformi, dawn ma kellhomx it-tiketta tal-qies tal-qalzet, bil-konsegwenza li meta marru d-dar sabu li l-qalziet tal-unformi kien ta’ qies differenti minn dak li ordnaw.
Oħrajn qalulna li ġew infurmati li s-Sibt se jiġbru biss parti mill-unformi u oħrajn qalulna li ntlabu jħallsu għall-unformi iżda għadhom ma ngħatawx l-unformi. Omm qaltilna li kellha ddur ma’ Malta kollha biex tixtri l-partijiet kollha tal-unformi hekk kif il-Yorkie Clothing ma provdiex l-unformi sħiħa.
Ġenituri oħra qalulna li ilhom bosta jiem jipruvaw iċemplu lil Yorkie Clothing iżda ħadd mhux jwieġeb it-telefonati tagħhom.
Ġenituri oħra qalulna wkoll li mhux sew li jingħataw l-uniformijiet f’inqas minn jumejn minn meta t-tfal jibdew l-iskola meta l-awtoritajiet u s-sidien tal-ħanut Yorkie Clothing jafu li huma jkunu għad iridu jagħmlu il-keffa tal-qliezet u d-dbielet tal-uniformijiet.
Omm oħra qaltlilna li l-Kap tal-Iskola infurmatha biex tibgħat it-tifel bil-jeans jekk ma tirċeviex l-unformi fil-ħin filwaqt li ġenituri oħra lmentaw kif is-Sibt kellhom joqgħodu jistennew fil-kjuwiżda kienu nfurmati li kienu se jiġbru biss parti waħda mill-unformi u li jridu jerġgħu jmorru għall-partijiet oħra nhar it-Tnejn 22 ta’ Settembru, propju l-jum meta t-tfal jibdew l-iskola.
//= $special ?>