Kultura

Pearl Haber imħabbra Miss Malta

Pearl Haber kienet inkurunata bħala Miss Malta fil-konkors tas-sbuħija Miss Malta li ttella’ lbieraħ filgħaxija fis-Sala ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta. Pearl Haber kienet qed tirrappreżenta l-lokalita’ tal-Floriana.

Fit-tieni post ikklassifikat Maria Abela, Miss Ħamrun, li kisbet it-titlu ta’ Miss Republic of Malta filwaqt li fit-tielet post ikklassifikat Miss Birkirkara, Rodianne Gatt, li kisbet it-titlu ta’ Miss Tourism of Malta.

Is-serata ta’ Miss Malta, li din is-sena dahlet fil-51 edizzjoni tagħha, kienet organizzata minn Glow Promotions.