Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iltaqa’ ma’ Alex Borg Olivier – iben l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Indipendenti, Ġorġ Borg Olivier.
Fil-laqgħa, li saret fid-Dar Ċentrali llum wara nofsinhar, Simon Busuttil qal li mingħajr Ġorġ Borg Olivier, Malta ma kinitx issir indipendenti, ma kinitx tkun tassew demokratika jew inkella membru fl-Unjoni Ewropea.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil Alex Borg Olivier għall-hidma tiegħu bħala rapprezentant permanenti ta’ Malta fin-Nazzjonijiet Uniti. Dan għax bhalma Ġorġ Borg Olivier ħoloq l-istat Malti, Alex Borg Olivier kien strumentali biex ħoloq l-istat tal-Kosovo.
Min-naħa tiegħu, Alex Borg Olivier qal li hu qatta’ l-ħajja professjonali tiegħu barra minn Malta iżda qatt ma kien ‘il boghod minn art twelidu. Hu faħħar lil missieru Ġorġ Borg Olivier għax kien mudell politiku u ħalla wirt kbir.
//= $special ?>