L-ewwel reazzjoni kollettiva mill-kaċċaturi bi protesta għad-deċizjoni tal-Gvern li b’mod immedjat jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa.
Fi Triq ir-Repubblika l-Belt u quddiem l-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja, madwar 200 kaċċatur imxew bi protesta sa quddiem il-Palazz tal-President fi protesta li l-kaċċaturi kantaw slogans kontra l-gvern u kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fil-protesta l-kaċċaturi sostnew li huma ġew ingannati mill-Gvern Laburista u jispeċifikaw li l-Partit Labuirsta użhom.
Quddiem il-Każin Laburista tal-Belt, il-kaċċaturi wasslu l-messaġġ tagħhom bi slogans kontra l-Partit.
Kien rappurtat ukoll li xi kaċċaturi tefgħu fliexken lejn il-gallarija tal-każin.
Inċident ieħor fil-protesta kien dak fil-konfront ta’ ġurnalist li kien qed jirraporta l-protesta u li qala’ daqqiet ta’ sieq minn kaċċaturi qabel intervjeniet il-pulizija.
Fost id-dimostranti m kien hemm l-ebda uffiċjal tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti jew ta’ għaqdiet ohra li jirrapreżentaw lill-kaċċaturi.
L-aggressjoni tal-kaccaturi fil-konfront tal-gurnalist li kien aggredit waqt id-dimostrazzjoni tal-kaċċaturi ġabet ir-reazzjoni tal-Alternattiva Demokratika li fi stqarrija kkundannat dan l-incident u qalet li f’soċjeta demokratika m’hemmx spazju għal din il-vjolenza.
Alternattivaa Demorkatika qalet li l-Prim Ministru ghandu jirrifletti fuq il-metodi tiegħu li wieħed kollox lil kulħadd biex jirbaħ il-voti.
Il-vjolenza li seħħet illum hi riżultat tal-wegħdi fiergħa tal-politiċi li b’diskorshom jaqblu ma kulħadd biex jirbħu l-voti, sostniet l-Alternattiva Demokratika.
//= $special ?>