Lokali

Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi esklużi mis-sezzjoni VVIP

L-eks PM u President Emeritus Eddie Fenech Adami u l-eks PM Lawrence Gonzi kienu esklużi mis-sezzjoni VVIP tal-Gnien tal-Barrakka ta’ Fuq, waqt iċ-ċeleberazzjonijiet ufficjali tal-Indipendenza ilbieraħ filgħaxija fejn il-mistieden ewlieni kien id-Duka ta’ Cambridge, il-Princep William.

Il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq kienu maqsuma f’diversi sezzjonijiet, bis-sezzjoni ċentrali tal-VVIP kienet riservata bil-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-Prinċep William u l-Prim Ministru Joseph Muscat kienu qed jilqgħu lill-mistiednin. Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi intbagħtu f’sezzjoni oħra tal-Gnien.

Kelliem għall-Gvern qal lill-gazzetta The Sunday Times li s-sezzjoni VVIP kienet ristretta ħafna bil-mistednin jinkludu l-PM, il-Viċi PM, il-Kap tal-Opposizzjoni, il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u rappreżentanti tal-NGO’s

Il-kelliem għall-Gvern kompla li eks President setgħu jiltaqghu mal-Princep William meta żar il-librerija nazzjonali filwaqt li l-eks PM Lawrence Gonzi hu fost il-mistednin f’riceviment mogħti mill-Kummissarju Għoli Ingliż.