Lokali

Filmat: Diskussjoni b’tema ta’ 50 sena Indipendenti

Fl-anniversajru tal-50 sena anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi ħa inizjattiva li jorganizza attivita’ b’messaġġ ta’ għaqda nazzjonali.

L-attivita’ fil-forma ta’ diskussjoni se jkollha it-tema 50 Sena Indipendenti t-Triq il-Quddiem. Għal din id-diskussjoni il-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista ħa l-inizjattiva li jorganizza l-attivita’ b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Partit Laburista fis-Siġġiewi.

Tkellimna mal-Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit.

Tkellimna wkoll ma’ persuni li jiftakru Jum l-Indipendenza, fil-21 ta’ Settembru tal-1964.

L-Inġinier Mark Anthony Sammut se jkun qed jipparteċipa fid-diskussjoni u tkellem ma’ dan l-istazzjon dwar il-futur politiku u ekonomiku ta’ pajjizna.

Id-diskussjoni se ssir nhar il-Erbgħa 24 ta’ Settembru fis-7 ta’ filgħaxija  fil-bini tal-Kunsill Lokali fi Pjazza San Nikola fis-Siġġiewi.

Fid-diskussjoni se jkunu qed jieħdu sehem ukoll il-Professur Henry Frendo u s-Sur Desmond Zammit Marmara’ li se jagħtu harsa lejn l-izviluppi politici u socjo-ekonomici fl-ahhar hamsin sena.