Lokali

Filmat: Il-kaċċaturi jsostnu li kienu ingannati

Ħabta u sabta. Propju ġimgħa qabel is-smiegħ tal-Kummissarju Malti l-ġdid għall-Unjoni Ewropea Karmenu Vella, il-Gvern jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa u bħala raġuni jġib inċident li fih inqatlet tajra protetta.

MaltaRightNow tkellem ma’ kaċċaturi li esprimew id-diżappunt tagħhom għad-deċizjoni tal-Gvern.

Il-kaċċaturi li lanqas kienu għall-kaċċa wkoll weħlu mal-ħażin.

Il-kaċċaturi jibqgħu jpoġġu l-voti f’nofs din il-kwistjoni.

Il-kaċċaturi jippreferu li l-gvern daħħal iktar kundizzjonijiet milli għalaq l-istaġun.

L-appell hu biex il-gvern jagħti eżempju b’min kiser il-liġi.

Iżda l-kaċċaturi x’jemmnu li kienet ir-raġuni veru wara d-deċizjoni tal-Gvern li jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa?

Il-kaċċaturi urtati għall-Gvern għax ma zammx kelmtu magħhom u ħa deċizjonijiet li huma jħossu li kienu eċċessivi wisq u li bihom dawk li ma jiskrux il-liġi tpoġġew fl-istes skeffa ma’ min jabbuża.