Għat-tieni ġurnata pajjiżna kompla biċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Indipendenza fil-preżenza tal-Prinċep William li beda l-impenji tiegħu għall-ġurnata tal-Ħadd b’quddiesa fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.
Wara hu ddawwar ukoll mat-teżori artistiċi, fosthom il-pitturi ta’ Caravaggio li jinsabu fil-Kon Katidral.
Iktar tard hu żar iċ-ċentru Aċċess tal-Birgu qabel kompla lejn il-pjazza fejn saret preżentazzjoni folkloristika biż-żfin u daqq tradizzjonali.
Minn hemm imbagħad lejn il-Knisja ta’ San lawrenz fejn il-Prinċep wera interess qawwi fir-rikkezzi li jżejnu din il-knisja kif jispjega l-Arċipriet Joe Cilia.
Lino Bugeja kien il-persuna li dawwar lill-Prinċep mal-Knisja u spjegalu l-affarijiet l-iktar prezzjużi.
Mill-Knisja lejn ix-xatt tal-birgu fejn il-Prinċep William qabad dgħajsa tal-pass fejn qasam il-port biex imbagħad kompla l-programm ta’ attivitajiet tiegħu b’riċeviment fir-residenza tal-Kummissarju Ogħli Ingliż f’Malta.
Propju waħda mill-persuni li kienu abbord id-dgħajsa tal-pass flimkien mal-Prinċep kienet Ann Marie Azzopardi li spjegatilna l-esperjenza tagħha.
//= $special ?>