Lokali

Filmat: L-ewwel karozza li rifset u nsaqet fuq art Għawdxija, għandha 110 snin.

Din l-ewwel karozza li rifset u nsaqet fuq art Għawdxija, għandha 110 snin u għadha f’kundizzjoni tajba ħafna.

Is-sid ta’ din il-karozza, David, jgħidilna kif din hi l-ewwel karozza f’Għawdex.

Jirrakonta li l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello kien kiteb artiklu dwar din il-karozza.

Din il-karozza kienet mitluqa f’remissa f’Għawdex. Kif sabha, David rranġha u ġabha f’din il-kundizzjoni. Meta nstabet, din il-karozza kienet saħansitra irrappurtata fil-faċċata tal-ġurnal IN-NAZZJON TAGĦNA.

U għaliex le… aħna wkoll kellna x-xorti li nirkbu fl-ewwel karozza li niżlet f’Għawdex.