Lokali

Il-PN jikkundanna kull tip ta’ attakk fuq ġurnalisti.

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna kull tip ta’ attakk fuq ġurnalisti.  Fi stqarrija il-PN kkundanna l-attakk li ġie rrappurtat li seħħ fuq ġurnalist u fotografu ta’ Allied Newspapers aktar kmieni llum fil-Belt Valletta. Il-ġurnalisti huma liberi biex jagħmlu xogħlhom u ħadd m’għandu jżommhom milli jwettqu dmirijiethom qal il-PN.

 

Dak li ġara llum huwa r-riżultat tal-wegħdiet li għamel Joseph Muscat biex jirbaħ il-voti u li issa qed jirriżulta li kienu biss wegħdiet fiergħa.

 

Pajjiż serju jixraqlu tmexxija serja.