Kelliema għas-servizzi sigrieti f’Washington qalu li żiedu s-sigurtà madwar il-White House, fost l-analiżi komprensiva tal-proċeduri li jevitaw l-inkwiet, wara li seħħew żewġ inċidenti allarmanti f’perijodu ta’ 24 siegħa.
L-aktar inċident serju seħħ nhar il-Ġimgħa meta raġel li kien armat b’sikkina daħal fil-bini tal-White House u fejn irriżultat l-evakwazzjoni parzjali ta’ xi nies li kienu ġewwa.
Il-President Amerikan Barack Obama ma kienx preżenti fil-White House waqt id-drama. Sadanittant, l-għada s-Sibt kellha tqum tensjoni ġdida fl-inħawi wara li raġel li kien qed isuq vettura avviċina bieb tas-sigurtà fil-White House u meta ma kellux l-awtorizzazzjoni biex jagħmel hekk.
Mifhum li ż-żewġ inċidenti ma kenux relatati ma’ xulxin, bil-membri tas-sigurta fil-White House qed iżidu l-patrols fl-inħawi bħala konsegwenza.
Kelliema qalu wkoll li ‘żdiedu l-kapaċitajiet tas-sorveljanza fiz-zona’ biex jevitaw ripetizzjoni tal-inċidenti.
L-irġiel involuti fiż-żewġ każi qegħdin jinżammu taħt arrest u l-President Obama insista li għandu fiduċja sħiħa fis-servizzi tas-sigurta tiegħu.
//= $special ?>