Lokali

Ritratti: Diversi Kumitati Sezzjonali tal-PN ifakkru l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza

Hekk kif pajjiżna llum qed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, diversi Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fakkru dan l-anniversarju billi żejnu l-Każini tal-lokalitajiet rispettivi. B’dan il-mod, anke b’mod lokali, il-PN sellem il-memorja tal-eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier u l-ħidma tal-Gvern immexxi minnu biex pajjiżna kiseb l-Indipendenza.

(Ritratti: Uħud mill-faċċati tal-Każini tal-PN imżejna)