Lokali

Francis Cauchi għadu nieqes wara 11-il jum

Il-Pulizija għadha qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku wara li Francis Cauchi (ritratt), ta’ 54 sena, għadu rrappurtat nieqes. Hu kien rappurtat nieqes fil-11 ta’ Settembru u wara 11-il jum għadu ma għamel l-ebda kuntatt mal-qraba tiegħu.

Cauchi deher l-aħħar f’Raħal Ġdid u kien liebes qalziet blu u flokk aħmar. Hu għandu għajnejh kannella u xagħru qasira u griża. Għal darb’oħra, il-Pulizija talbet biex min ikollu xi informazzjoni dwar Cauchi, iċempel anke b’mod kunfidenzjali fuq 21224001 jew 119, inkella jmur fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.