Internazzjonali

Jiem ta’ diżgwid u firda fil-Libja

Abdullah al-Thinni, il-Prim Ministru Libjan li hu rikonoxxut mill-komunità internazzjonali qal li bħalissa għaddejjin l-impenji intiżi biex ‘jifirdu l-Libja’ u sejjaħ biex il-gruppi tal-milizzji armati jċedu u jitilqu mill-aktar fis mill-belt kapitali ta’ Tripli.

Al-Thinni qal dan waqt diskors fuq it-televiżjoni u meta hu u l-Prim Ministru Libjan rivali, Omar al-Hasi, wasslu l-messaġġi rispettivi lin-nazzjon, b’al-Hasi jinsisti ‘li l-Gvern tiegħu qed jaħdem biex jevita li l-Libja tinqered’.