Lokali

Justin Schembri jirriżenja mill-karigi fl-MUT

Justin Schembri tefa’ r-riżenja tiegħu minn Assistent Segretarju Ġenerali tal-MUT, l-Union tal-Għalliema. Hu tefa’ r-riżenja wkoll mill-kariga ta’ Chairman tas-Sezzjoni taż-Żgħażagħ fl-MUT.

F’ittra li bagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-MUT, biex jippreżenta r-riżenja tiegħu, Schembri rringrazzja lill-Uffiċjali Għolja tal-union, lill-membri tas-Sezzjoni taż-Żgħażagħ, kif ukoll lill-membri affiljati mal-MUT għall-fiduċja li wrew fih matul il-perjodu li għamel f’dawn il-karigi.

Hu qal li grazzi għal din il-fiduċja, seta’ jservi b’impenn f’dawn il-karigi. Saħaq li minkejja din ir-riżenja, bħala għalliem, se jkompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu lejn sħabu l-għalliema.