Qorti

Mixli li ħallas elf ewro biex jingħata spazju għall-kaxxa fil-monti ta’ Ħaż-Żebbuġ

Christian Curmi ta’ 24 sena, residenti Birżebbuġa beda proċeduri fil-Qorti fejn qed jiġi mixli li ħallas elf ewro lill-Projects Manager tal-Kunsill Lokali u dan biex jingħata kaxxa għal spazju fil-monti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Curmi tressaq permezz ta’ ċitazzjoni fejn qed jiġi mixli li kkorrompa uffiċjal tal-Kunsill Lokali fejn dan anke spiċċa sospiż minn xogħolu.

F’dan il-każ xehed is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ Alfred Griscti u qal li għamel rapport fit-13 ta’ Diċembru tal-2013. Is-Sindku informa lill-Ispettur Sandro Camilleri.

Kompla li fit-12 ta’ Diċembru li għadda, Dr. Massimo Ellul, il-konsulent lokali tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ried ikellmu. Dan qallu li hemm persuna, Anġlu Curmi, missier l-akkużat, li beda jgħid li ibnu kien ħallas elf ewro għalxejn fejn tahom lill-Projects Manager tal-Kunsill, Philip Gatt biex dan jingħata post fil-Monti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Kompla li huwa bagħat għal Philip Gatt u anke laqqa’ l-Kunsill ġimgħa wara l-każ peress li kellu jsiefer u wara ssospenda lil Philip Gatt li spiċċa b’nofs paga. Qal li meta kien kellem lil Philip Gatt dwar x’kien għamel dan ċaħad li beda hu li mar fuq l-akkużat biex jagħtih xi flus, u qallu li kien l-akkużat li kien ilu jiġri warajh, u qallu li fl-aħħar waqa’. Skont ix-xhud, Philip Gatt qal li dan tant ġera warajh li darba daħallu fil-karozza u telaqlu l-envelope b’elf ewro hemmhekk.

Il-provi saru aktar b’saħħithom meta ntwera dokumenti tal-bank ta’ flus li kien inġibdu biex jingħataw lill-Project Manager u li l-akkużat kien irrekordja diskursata ta’ meta għaddew il-flus. Ir-recording sar fuq cassette. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daniel Zammit filwaqt li għall-akkużat deheru l-Avukat Lucio Scriha u Michael Sciriha.