In-numru 2 fid-dinja Rafael Nadal irtira mill-ewwel edizzjoni tal-International Premier League tat-Tennis (IPTL) li se jibda f’Novembru biex ikun jista’ jikkonċentra fuq l-istaġun 2015.
Dan l-avveniment tat-timijiet jibda fit-28 ta’ Novembru u jinvolvi plejers preżenti kif ukoll tal-passat fosthom Andy Murray, Serena Williams, Pete Sampras u Andre Agassi.
Nadal li għandu 28 sena ilu barra mill-azzjoni sa minn Wimbledon minħabba injury fil-polz u qed jippjana li jirritorna f’Beijing il-ġimgħa d-dieħla.
L-Ispanjol se jkun qed juża’ dan il-perjodu ta’ waqfien biex jirkupra minn sena mimlija interruzzjonijiet li kellu fl-2014.
Huwa tħabat minħabba injury f’dahru fil-bidu tas-sena u wara li rebaħ l-14-il titlu Grand Slam fl-Open ta’ Franza f’Ġunju, tilef kontra Nick Kyrgios fil-kwarti tal-finali ta’ Wimbledon.
Minn dakinhar baqa’ barra minħabba injury fil-polz imma qed jippjana li jilgħab il-programm kollu sa tmiem is-sena li se jkun jinkludi Beijing, Shanghai, Basel, Pariġi u l-finali ATP Tour f’Londra.
L- IPTL se jintlagħab fuq 16-il jum f’erba’ bliet – Manila, Singapore, Delhi u Dubaj bil-finali tkun fit-13 ta’ Diċembru.
//= $special ?>

