Qorti

Numru ta’ persuni għall-Qorti wara protesti dwar il-waqfien mill-kaċċa

Wara l-protesta minn numru ta’ kaċċaturi nhar il-Ħadd wara nofsinhar, IN-NAZZJON jinsab infurmat li numru ta’ persuni mistennija jittresqu l-Qorti mixlija b’numru ta’ reati.

Jirrizulta li fost id-diversi persuni li ġew arrestati, hemm raġel li fil-protesta fil-Belt kien qed iġorr arma tan-nar finta.

Fil-protesta fil-Buskett kienu weġġgħu żewġ persuni; wieħed ġarrab ġrieħi f’wiċċu u l-ieħor intlaqat minn ġebla li twaddbet lejh.

Waqt l-istess protesta kien hemm ukoll attakk fuq ġurnalist li qala’ daqqiet ta’ sieq minn xi persuni.