Trevor Thomas, attakkant ta’ 33 sena. Fl-24 ta’ Lulju li għadda Trevor Thomas ngħaqad mat-tim ta’ Attard F.C. fit-Tielet Diviżjoni tal-futbol f’pajjiżna.
Għal Trevor dan kien pass ieħor fil-karriera twila tiegħu li ratu jilgħab ma’ diversi klabbs f’pajjiżna, fosthom Valletta u Hibernians. Fil-karriera twila tiegħu, Trevor Thomas kiseb diversi unuri.
Imma l-Ħadd li għadda Trevor ma kellux ix-xorti li jiddebutta ma’ Attard.
Trevor ftit ġimgħat ilu ħassu ma jiflahx u ddaħħal l-isptar Mater Dei għal kura.