Edukazzjoni Lokali Xjenza u Teknoloġija

Studenti tal-Università jippruvaw karozza ‘Racing’ bi tħejjija għal Science in the City

Tim ta’ studenti mill-Università ta’ Malta ltaqgħu ħdejn il-Victoria Gate biex flimkien jippruvaw il-karozza stil ta’ Racing Formula bil-għan li jippromwovu l-Festival Science in the City, li se jittella’ is-Sibt li ġej filgħaxija.

L-istudenti mill-Fakulta tal-Inġinerija u l-Fakulta tal-Ekonomija, Management u Accountancy ingħaqdu fix-xhur li għaddew biex jiddisinjaw, jibnu, u jimmanifatturaw il-karozza tagħhom għall-kompetizzjoni fl-Italja, li fiha ħadu sehem aktar minn 80 Università minn madwar id-dinja kollha.

Science in the City għandu l-ghan li juri x-Xjenza b’mod interessanti u kreattiv, filwaqt li se jkun jinkludi numru kbir ta’ installazzjonijiet. Aktar informazzjoni dwar din is-serata mimlija Xjenza fil-Belt tista’ tinkiseb minn fuq is-sit www.scienceinthecity.org.mt.