Qorti

Żagħżugħ il-Qorti fuq akkużi li seraq oġġetti minn youth centre li kien jiffrekwenta

Żagħażugħ ta’ 21 sena mir-Rabat tressaq b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mixli li seraq mill-youth centre ta’ Ħad-Dingli, li huwa mmexxi mis-Sależjani, post li huwa kien jattendi sa ftit qabel ma saret is-serqa.

Tyron Pace li qed iwiġeb mhux ħati qed jiġi mixli li seraq stands charged Playstation 3, u Playstation 2, u aċċessorji oħra tal-Playstation, logħob u kaxxa tal-għodda, bil-valur tas-serq jitla’ għal madwar €1,500.

Il-Qorti semgħet uffiċjali forensiċi jixhdu fejn dawn qalu li tliet marki tas-swaba li nstabu fuq it-twieqi li kienu tkissru waqt is-serqa, jaqblu ma’ dawk tal-akkużat.

Is-saċerdot Carmel Sacco, li kien irrapporta s-serqa fl-10 ta’ Settembru tas-sena l-oħra għamel lista tal-oġġetti nieqsa, fejn qal ukoll li kien hemm netbook li qatt ma nstab.

Mistoqsi jekk kienx jaf lill-akkużat, is-saċerdot qal li huwa Sacco qal li huwa jafu il-youth centre stess u li kien rah ftit qabel ma saret is-serqa. L-Avukat Lucio Sciriha deher għall-akkużat.