Lokali

Aġġornata b’aktar Dettalji u Ritratti: Kuċċier u d-debba tiegħu jeħilsuha ħafif wara li ntlaqtu minn vettura qrib Bieb il-Bombi

Kuċċier ta’ 56 sena minn Ħal Qormi u d-debba tiegħu ħelsuha ħafif meta kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu qrib Bieb il-Bombi fil-Furjana. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am meta x-xufier ta’ vettura tat-tip Volkswagen tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’żewġ karozzi oħrajn.

Bid-daqqa, waħda mill-karozzi milquta baqgħet dieħla fil-karozzin, misjuq minn Joseph Borg (ritratt isfel, liebes flokk aħmar), b’konsegwenza li dan inqaleb bil-kuċċier b’kollox. B’xorti tajba, dak il-ħin ma kien hemm l-ebda passiġġier fil-karozzin u Borg sofra biss feriti ħfief.

Id-debba, li għandha 13-il sena, ittieħdet għand veterinarju għal aktar osservazzjoni.

Incident Ziemel Jittajjar Floriana 4 220914