Qorti

Argument bejn żewġ aħwa dwar l-istudju jwassal sal-Qorti

Żagħżugħ minn San Ġwann ġie mixli quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia li kkawża feriti ta’ natura gravi lil ħuh waqt argument dwar l-iskola. Mill-provi rriżulta li l-argument inqala’ minħabba li t-tnejn huma intelliġenti fl-istituzzjoni edukattiva fejn jattendu.

L-argument kien jikkonċerna sfida dwar min minnhom hu l-aħjar fl-iskola. L-argument tant eskala li l-akkużat spiċċa biex ħareġ sikkina għal ħuh, li min-naħa tiegħu rreaġixxa u spiċċa biex qabad is-sikkina mix-xafra u qata’ idu.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Hu ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €3,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana, filwaqt li għal akkużat deher l-Avukat Jason Azzopardi.