Lokali

Filmat: Apparat ‘second hand’ fil-gym użat mill-priġunieri żgħażagħ fil-faċilità Yours

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia u s-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius illum żaru l-faċilità Yours, li nfetħet fl-Imtaħleb biex priġunieri żgħażagħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jitħarġu fi sport, mużika u kċina, fost l-oħrajn, filwaqt li jistgħu wkoll iqattgħu l-ħin fil-games room.

Waqt iż-żjara, Chris Agius ħabbar li qed jingħata apparat biex kamra fil-faċilità nbidlet f’gym. Madankollu, minkejja li l-apparat jista’ jintuża’ u jaħdem tajjeb, wieħed faċli jinduna li qabel ingħadda lill-faċilità, dan kien jintuża’ f’faċilitajiet oħrajn. Fil-fatt, ma jidher li sar xejn biex ikun żgurat minn qabel li dan l-apparat jinsab f’kundizzjoni tajba.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li qabel ingħadda lil din il-faċilità, l-apparat kien fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. L-informazzjoni li għandna tgħid li meta l-apparat ġie biex inbidel ma’ apparat ġdid, dan għadda lill-Yours u anke fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.