Fit-12 ta’ Ottubru li ġej, inqas minn xahar ieħor, mistenni jkun inawgurat il-bini l-ġdid tal-Parlament, parti oħra mill-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta.
L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, fisser ma’ dan is-sit li jemmen b’konvinzjoni li l-bini l-ġdid tal-Parlament hu żvilupp li se jagħti indipendenza fiżika lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u jwitti t-triq lejn l-awtonomija assoluta tal-Parlament.
Ara l-intervista mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia fil-filmat.
//= $special ?>