Id-deċiżjoni li ttieħdet fl-ewwel xhur tal-2011 biex il-priġunieri żgħażagħ jitneħħew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jintbagħtu f’faċilità aktar adattata fl-Imtaħleb qed tħalli l-frott tagħha. Bħalissa fil-faċilità qed jinżammu 11-il barrani u żagħżugħ Malti, li qed jingħataw l-opportunità jqattgħu s-sentenza tagħhom billi jieħdu sehem ukoll f’attivitajiet edukattivi u rikreattivi.
Dawn iż-żgħażagħ jistgħu jitgħallmu l-mużika, jgħinu fil-kċina, jittrenjaw jew jilgħabu l-futbol, jew iqattgħu l-ħin fil-games room. Wara li skontaw is-sentenza tagħhom, ftit tax-xhur ilu grupp ta’ żgħażagħ ħarġu mill-faċilità wara li tejbu l-kapaċitajiet tagħhom fil-mużika rap u reggae.
MaltaRightNow.com tkellem ma’ Michael Vella, li hu Uffiċjal fil-faċilità u l-kok, kif ukoll ma’ Farhan Abdul, żagħżugħ ta’ 19-il sena mis-Somalja u wieħed miż-żgħażagħ li xtaqu jgħinu fil-kċina.
//= $special ?>