L-iben tar-rispett tat-terrorista, Osama bin Laden, li kien serva bħala l-kelliem għall-moviment Al-Qaida wara l-attakki storiċi tal-2001 fuq l-Istati Uniti, weħel il-ħabs għal għomru dwar akkużi relatati mat-terroriżmu, waqt proċess tal-qorti fi New York.
Sulaiman Abu Ghaith – reliġjuż mill-Kuwajt ta’ 48 sena — hu t-tieni l-ogħla membru tal-Al-Qaida li kellu jgħaddi ġuri fl-Istati Uniti mindu seħħew l-attakki terroristiċi kontra l-ibliet ta’ New York u Washington, li ħallew l-eluf tal-maqtula.
Hu kien inqabad fil-Ġordan, is-sena l-oħra, u maż-żmien kien ittrasferit lejn l-Istati Uniti. Intant, ġuri, f’Marzu li għadda, kien sab lil Abu Ghaith ħati dwar kumplott kontra l-ħajja tal-Amerikani kif ukoll bħala kollabaoratur mal-Al-Qaida.
Waqt il-proċess ta’ Abu Ghaith intwerew il-‘’videos li juruh qed jhedded lill-Istati Uniti dwar assedju bla tmiem minn ajruplani bħala strumenti ta’ terrur.
Intant, Abu Ghaith insista li r-rwol tiegħu kien wieħed għal kollox reliġjuż u fejn hu ħeġġeġ biex il-Musulmani kollha jqumu kontra l-oppressuri tagħhom.
L-istess Abu Ghaith hu miżżewweġ lil Fatima, l-akbar tifla ta’ Osama bin Laden; il-fundatur tal-Al-Qaida li, fl-2011, kien inqatel minn qawwiet speċjali Amerikani fil-Pakistan.
//= $special ?>