Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ilbieraħ filgħodu laqgħu fi ħdanhom 130 rekluta ġdid għal taħriġ militari qabel jidħlu uffiċjalment fl-Armata. Dawn il-130 intagħżlu wara sejħa għal suldati atleti u mużiċisti. Fi stqarrija, l-Armata spjegat li b’kollox kienu pproċessati 586 applikazzjoni u fost il-130 li ntagħżlu hemm 11-il suldat mara u 14-il Għawdxi.
Fil-Barracks ta’ Ħal Luqa, ir-rekluti l-ġodda ngħataw preżentazzjoni qasira mill-Uffiċjali tal-FAM, qabel ma ħadu l-ġurament ta’ lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta, il-poplu u l-Kostituzzjoni tagħha. Filwaqt li r-rekluti għaddew minn proċess ta’ għażla li kien jinkludi eżami fiżiku u mediku, kif ukoll intervista, fi tmiem it-taħriġ ta’ 18-il ġimgħa, ikunu soġġetti għal taħriġ fiżiku rigoruż.
//= $special ?>