It-terroristi tal-grupp militanti Stat Iżlamiku (IS) għadu kif ħareġ it-tieni filmat bis-sehem tal-ġurnalist Britanniku John Cantlie. Fl-ewwel filmat, il-ġurnalist qal li qed jinżamm ostaġġ tal-IS. Bħal fl-ewwel filmat, anke f’dan Cantlie jidher liebes oranġjo u bilqiegħda quddiem skrivanija.
Dan il-filmat, li l-IS issejjaħlu ‘l-ewwel episodju’ tas-sensiela “Lend me your ears”, wasal ħamest’ijiem biss wara li xxandar l-ewwel filmat ta’ Cantlie, li kien inħataf mill-militanti fis-Sirja fl-2012. Din id-darba, il-Britanniku jikkritika lill-Istati Uniti u lill-alleati tagħha meta dawn wettqu l-ewwel attakki bħala koalizzjoni fuq il-miri tal-IS fis-Sirja.
MaltaRightNow.com għażel li ma jxandarx il-filmat biex ma tingħatax pubbliċità lill-grupp militanti tal-Istat Iżlamiku.
//= $special ?>