Aġġornata b’filmat
Żball min-naħa ta’ lecturer fl-Universita’ ta’ Malta wassal biex grupp ta’ studenti tal-ewwel sena fil-kors tal-liġi rċevew riżultati hziena.. sitwazzjoni li madanakollu ġiet irranġata, bl-istudenti jiġu nfurmati li r-riżultati kienu skorretti.
Fil-fatt, il-grupp ta’ 22 student li fis-sajf irrepetew l-eżami tal-liġi kriminali, baqgħu mistgħaġbin meta fl-aħħar jiem ġew ippubblikati r-riżultati… u skoprew li kull min għamel ir-‘re-sit’ ta’ dan l-eżami, m’għaddiex minnu.
Il-fatt li l-ebda student mill-grupp m’għaddha mir-‘re-sit’ tal-eżami tal-liġi kriminali qajjem suspetti tant li bejniethom l-istudenti iddeċidew li jitolbu li ssir laqgħa mad-Dekan tal-Fakulta’ tal-Liġi u l-Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Kriminali.
Waqt il-laqgħa li saret it-Tlieta filgħodu, l-istudenti ġew mgħarrfa li kien sar żball min-naħa ta’ lecturer meta dan kien qed idaħħal u jikkalkula l-marki tal-eżami u l-medja tagħhom fuq il-kompjuter – żball li wassal biex il-kalkoli irriżultaw ħżiena u li skorrettament urew li kull student li għamel l-eżami ġab anqas minn 30, meta l-inqas marka biex wieħed jgħaddi mill-eżami huwa ta’ 45.
Minkejja li l-kwistjoni issa hija solvuta, u l-istudenti kollha bir-riżultati t-tajbin saru jafu li għaddew mill-eżami, xorta issa jibqa’ d-dubju fost l-istudenti dwar mhux biss ir-riżultati ta’ qabel, iżda anke’ riżultati li jridu jiġu ppubblikati ‘il quddiem.
[headlines headline=”h3″]ELSA Malta tisħaq fuq aktar diliġenza fl-ipproċessar tal-riżultati[/headlines]Intant, il-European Law Students’ Associon, ELSA Malta, fi stqarrija appellaw biex tiżdied id-diliġenza fil-mod ta’ kif jiġu proċessati r-riżultati tal-eżamijiet, għaliex żball bħal dan jista’ jinkwieta lill-istudenti, li dejjem għandu jkollom moħħom mistrieħ li qed jingħataw il-marka li jistħoqqilhom.
//= $special ?>