Internazzjonali

Attakki sinifikanti fuq terroristi tal-IS fis-Sirja

Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, faħħar l-appoġġ tal-pajjiżi Għarab fil-ġlieda attwali kontra t-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (IS) li ħatfu territorji fl-Iraq u fis-Sirja u fejn sostna li ‘din il-battalja m’għandhiex tinvolvi biss lill-Amerikani’.

Hu kien qed jitkellem sigħat wara li l-Istati Uniti u ħames alleati Għarab – il-Bahrain, il-Ġordan, il-Qatar, l-Għarabja Sawdija u l-Emirati Għarab Uniti – wettqu l-ewwel attakki mill-ajru bħala koalizzjoni fuq l-entitajiet tal-IS fis-Sirja. L-attivisti, intant, qalu li f’dawn l-attakki inqatlu mill-anqas sebgħin militanti tal-grupp Stat Iżlamiku minbarra għexieren ta’ ġellieda oħra marbuta mal-moviment terroristiku Al-Qaida.