Internazzjonali Knisja

Eks Isqof akkużat b’pedofelija arrestat fil-Vatikan

L-eks Isqof Pollakk Jozef Wesolowski (ritratt) ilbieraħ ġie arrestat fil-Vatikan bl-akkużi ta’ pedofelija. L-arrest seta’ jsir wara li l-Papa Franġisku ta l-approvazzjoni tiegħu. Dan l-arrest kien l-ewwel wieħed fil-Vatikan dwar allegazzjonijiet ta’ pedofelija.

L-eks Isqof Pollakk jinsab akkużat li ħallas biex ikollu x’jaqsam sesswalment ma’ tfal fil-perjodu li kien Ambaxxatur tal-Papa fir-Repubblika Domenikana.