Internazzjonali

Il-ġlied iħarbat l-importazzjoni tal-ikel fil-Libja

Il-prezzijiet tal-ikel fil-Libja sparaw ‘il fuq meta l-ġlied li ilu għaddej ix-xhur; il-problemi tal-ħlas u l-kroll fis-sistemi tal-awtorita qed jagħmlu l-movimenti mir-rotot tas-soltu dejjem aktar diffiċli. Dan ukoll waqt li l-Libja qed issir dejjem aktar inkontrollabbli, tliet snin wara li tqaċċat ir-reġim immexxi mill-eks dittatur Muammar Gaddafi, u bil-pajjiż qed joqrob stat ta’ falliment.

Intant, il-prezzijiet tar-ross u l-ħaxix għolew b’massimu ta’ għaxra fil-mija fi bliet bħal Benghazi, li tinkorpora port ewlieni, bil-vjolenza toħloq il-problemi kbar għad-distributuri tal-ikel li jridu jmexxu l-prodotti tagħhom. L-importaturi qed ikollhom ifittxu rotot ġodda biex idaħħlu l-prodotti fil-Libja, li tiddependi mill-importazzjoni ta’ kull kwalita ta’ ikel (mill-qmuħ sal-ħalib) biex titma poplu ta’ sitt miljuni.