Lokali

Il-Gvern ta’ Muscat qed idgħajjef l-indipendenza tal-NSO

Il-Partit Nazzjonalista ikkundanna bil-qawwa l-isfurzar tal-Gvern fuq l-Uffiċċju tal-Istatistika billi juża l-Bord maħtur mill-Gvern biex jitfa dubji fuq il-validita’ tad-data u l-interpretazzjoni ta’ kif ippubblikata mill-NSO.

Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista stqarr li l-Gvern qed idgħajjef serjament l-indipendenza tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Uffiċċju tal-istatistika, li jaqdi funzjonijiet kruċjali f’pajjiż demokratiku. Din l-azzjoni ċertament tikkontraddixxi l-Gvern li kontinwament saħaq li jfittex li jagħmel l-Malta l-aħjar fost pajjiżi oħra.

Dan l-indħil fl-operazzjonijiet Indipendenti tal-NSO kien immirat li jiddefendi l-Ministru tad-dikjarazzjoni skorretta mill-Ministeru tal-Finanzi rigward iż-żieda fl-impjegati fis-settur pubbliku. Analiżi sempliċi tal-istatistika trui li minn April 2014 kien hemm żieda ta 2024 impjegati pubbliċi. Meta wieħed iqis li madwar 1500 impjegat jirrieżenjaw jew jirtiraw kull sena, dan ifisser li l-Labour impjega l-fuq minn 3,700 persuna mas-settur pubbliku.

Il-Ministru Edward Scicluna iddefenda dan billi qal li “kien proċess ta’ riklassifikazzjoni u l-istatistika publikata mill-NSO ma kinitx korretta.” Madanakollu, il-Ministru interpreta b’mod żbaljat l-istatistika li tagħti stampa żbaljata tas-sitwazjoni, fatt li ġie kkonfermat mill-Kap tal-NSO. Mhux ċar jekk il-Ministru Scicluna qed jinterpreta ħażin iċ-ċifri jew jekk huwiex riżultat ta’ negliġenza.

Il-Partit Nazzjonlista kkokluda b’appell tal-Gvern għall-għaqda nazzjonali,r-rispett għandu jinstab għall-Indipendenza ta’ dan il-pajjiż, u l-Partit Nazzjonlista stieden lill-Gvern biex jippraddika dan li qed jippriedka u jżomm l-indipendenza tal-istituzzjonijiet statali tagħha.