Lokali

Kundizzjonijiet tal-mistħija fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f’Palazzo Parisio

Diplomatiċi Maltin u ħaddiema oħra li jaħdmu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, f’Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat jaħdmu f’kundizzjonijiet litteralment tal-mistħija.

Palazzo Parisio, jiġifieri l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, hu palazz li jinsab ‘ikkundannat’ minħabba li periti rrifjutaw li jiċċertifikaw partijiet minnu bħala binja kompletament strutturalment sigura.

Fit-tielet sular, biswit Kastilja, hemm soqfa li jinsabu fi stat tal-biki, l-aktar il-parti tas-saqaf bejn it-tieni u t-tielet sular li hu tax-xorok u li għandu piż ferm aktar milli hu rakkomandat.

Sors li tkellem maghna staqsa għaliex id-diplomatiċi u ħaddiema Maltin, kwazi 100 b’kollox, huma stmati b’dan il-mod ta’ insult, tant li qed jahdmu f’post li jaf ikun ta’ periklu ghalihom. Il-mistoqsija taghhom hi jekk ghandhomx jibdew jahdmu f’bini li hu iktar sigur.