Lokali

L-awtoritajiet hemm bżonn jagħmlu xi ħaġa

Settembru kwazi għadda u mar, iżda għadna qed nistennew l-ewwel maltempata. U fi kliem xi bdiewa li tkellmu ma’ dan l-istazzjon, kollox juri li bil-mod kif qed iġib ruħu t-temp Malti, jaf ikollna maltempata kbira fil-jiem li ġejjin.

Iżda dawn l-istess bdiewa huma mħassbin għax ħdejn l-għelieqi tagħhom, l-awtoritajiet għadhom ma għamlu l-ebda tħejjijiet biex jilqa’ għax-xita li se tagħmel, b’kanali miżdudin u ħitan imwaqqa’.

Tkellimna ma’ Pawlu Grima, bidwi li jaħdem l-għelieqi fix-Xemxija u li spjegalna t-tħassib tiegħu dwar it-temp li qed ikollna.