Lokali

Mara titlef ħajjitha f’Tas-Sliema

Mara Indjana tilfet ħajjitha llum wara li sabet ruħha f’diffikulta’ waqt li kienet qed tgħum f’ Tas-Sliema.

Il-mara li tgħix f’Tas-Sliema stess ittelgħet mill-baħar minn xi persuni li kienu fil-viċin. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:50.

Immedjatament waslu l-Pulizija kif ukoll l-ambulanza li ħadet lill-Indjana l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata mejta aktar tard.