Raġel ta’ 37 sena mill-Guinea nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale li għal aktar minn darba f’temp ta’ xahar mar fejn residenza fil-Ħamrun bl-iskop li jwettaq serqa.
L-Ispettur Sarah Magri, li ressqet lil Abuo Diallo, qalet lill-Maġistrat Depasquale li l-ewwel darba li mar biex jipprova jisraq mid-dar kien fit-22 ta’ Awwissu li għadda. Hu ma setax jikseb aċċess għad-dar dakinhar, iżda s-sidien tad-dar sabu marki li juru li xi ħadd ipprova jidħlilhom.
Is-sidien għaddew il-filmat tas-CCTV lill-Pulizija, li qatt ma rnexxielhom jidentifikaw lill-ħalliel li kien qed jipprovba jidħol fir-residenza. Waqt l-interogazzjoni, il-filmat wera li kien l-akkużat li pprova jidħol fid-dar darbtejn u għahekk dan ġie identifikat.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja tal-akkużat, li ttieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>
