Internazzjonali

Student jinqatel minn tigra f’zoo ta’ New Delhi fl-Indja

Indjan spiċċa attakkat u maqtul minn tigra waqt li hu kien qed idur ġo zoo fil-belt kapitali Indjana.

Il-vittma kien ‘tifel tal-iskola’, bil-manager taz-zoo jgħid li l-vittma ‘ddeċieda li jaqbeż minn fuq il-barrikata u direttament għal ġol-parti tal-kumpless ( enclosure) fejn fejn qed jinżammu t-tigri’.

Sadanittant, mhux qed ikun eskluż li l-istudent waqa’ għal ġol-enclosure tat-tigri peress li l-barrikata inkwistjoni hi baxxa ħafna.

L-annimal li qatel lill-istudent hu tar-razza white tiger u skont ir-rapporti, numru ta’ nies li ġrew lejn l-enclosure ‘malli semgħu it-twerżiq’ raw it-tigra qed theżżeż lill-vittma minn għonqu. Mifhum ukoll li l-annimal baqa’ ikkonċentrat fuq il-vittma anki waqt li xi tfal kienu qed igarawlu l-ġebel u l-injam minn barra l-enclosure.