Bradley Wiggins ġie inkurunat champion dinji tat-Time Trial fit-triq waqt il-Kampjonati li saru fil-belt ta’ Ponferrada fi Spanja. Wiggins’bhekk sar l-ewwel ċiklist Ingliż f’dawn l-aħħar 20 sena li rebaħ dan it-titlu. L-aħħar Ingliż li rebaħ kien Chris Boardman fl-edizzjoni inawgurali fl-1994.
Wiggins, champion Olimpiku irreġistra ħin ta’ 56.25.52’ f’distanza ta’ 47km biex rebaħ b’distakk kbir ta’ 26.23’. Warajh daħal il-Ġermaniż Tony Martin u fit-tielet post daħal l-Olandiż Tom Dumoulin.
“Kelli sena fejn fiha kien hemm mumenti fejn kont diżappuntat bil-wirjiet tiegħi. Niddedika din ir-rebħa lill-familja tiegħi,” qal Wiggins wara li rebaħ.
Fl-2012 Wiggins kien sar l-ewwel ċiklist Brittaniku li rebaħ it-Tour de France. Fl-2011 u fl-2013 Wiggins kien dejjem spiċċa t-tieni wara Martin imma din id-darba kien hu li ħareġ rebbieħ.
//= $special ?>

